Internazzjonali

FILMAT: Jidħlu t-tfal u mara tiġri warajhom waqt intervista live fuq BBC

Bħalissa fuq il-midja soċjali qed jixxerred filmat ta’ intervista live mal-professur Robert Kelly fuq l-istazzjoni tal-aħbarijiet tal-BBC. Dan il-filmat qed jixxerred għal raġuni partikolari li forsi min hu ġenitur ta’ tfal żgħar jista’ jifhem iktar. Dan għaliex hekk kif il-professur kien live mill-uffiċċju tiegħu, fid-daqqa u l-ħin daħlu ż-żewġt itfal tiegħu. Ftit wara tidher mara li tidħol tiġri sabiex toħroġ lit-tfal mill-kamra. Għalkemm hu jipprova jkompli bl-intervista hi evidenti li anki l-preżentatur induna b’dak li kien qed jiġri u dawwar is-sitwazzjoni f’waħda iktar umoristika.

Dan il-filmat qed inissel tbissima speċjalment lil dawk li għandhom it-tfal u li ġieli esperjenzaw sitwazzjonijiet ta’ imbarazzament simili.