Lokali Mużika

FILMAT: Joħroġ il-filmat mużikali tal-kanzunetta Breathlessly ta’ Claudia Faniello

Claudia se tkun qed tkanta fit-tieni semi-finali nhar il-Ħamis 11 ta’ Mejju li ġej.

Ftit tal-minuti ilu għadu kemm ħareġ il-filmat mużikali tal-kanzunetta Breathlessly kantata mir-rapreżentanta Maltija Claudia Faniello u li biha se tikkompeti fil-Eurovision Song Contest 2017.

Il-filmat, li inħadem mit-tim ta’ produzzjoni tal-PBS, juri lil Claudia bi lbiesi eleganti u xeni oħra li jirrakuntaw l-istorja tal-lirika ta’ Breathlessly.

Claudia kisbet it-titlu ta’ rapreżentanta Maltija nhar is-Sibt 18 ta’ Frar meta ġabet l-aktar voti mill-pubbliku fost is-16-il finalist u finalista li ħadu sehem fil-Malta Eurovision 2017. Bid-diska Breathlessly Claudia ġabet kważi 5,000 vot.

Claudia se tkun qed tkanta fit-tieni semi-finali nhar il-Ħamis 11 ta’ Mejju li ġej.