Il-Mediterranean Tourism Foundation, il-ġimgħa dieħla, se torganizza forum ta’ jumejn f’Malta – fejn għalih se jiġu madwar 700 delegat minn 32 pajjiż differenti sabiex jiddiskutu t-turiżmu fiż-żona tal-Mediterran.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-lukanda Hilton, tħabbar il-programm dettaljat tal-attivitajiet li se jsiru bejn is-16 u 17 ta’ Marzu – fejn se jsiru diversi workshops sabiex jiddiskutu l-ġejjieni tas-settur tat-turiżmu fir-reġjun tal-Mediterran. Il-forum bl-isem ta’ Mediterranean Hot – Hospitality of Tomorrow”, se jkollha temi partikolari li se jiġu indirizzati; fost dawn hemm l-enerġija, t-tisjir, t-tekonoloġija, t-taħriġ għall-ħaddiem, u l-finanzi fis-settur tat-turiżmu.
Net News tkellem mas-CEO tal-Malta Hotels and Restaurants Association fejn qal li proġetti bħal dawn jimbuttaw sabiex ikollna stabilita’ fil-Mediterran, u minflok jitwasslu biss aħbarijiet negattivi, ikun hemm kollaborazzjoni u ħidma għall-paċi bejn il-pajjiżi fil-Mediterran. It-turiżmu kapaċi jġib l-istabilita’ fir-reġjun tagħna.
Għal din t-tnedija tal-forum Hot Mediterranean, attenda l-Maestro Bruno Santori – persuna magħrufa ferm fil-konkors popolari Taljan San Remo. Il-Maestro Bruno Santori qal b’permezz ta’ din l-inizjattiva, l-mużika u l-kultura tal-pajjiżi differenti ta’ madwar il-Mediterran jistgħu jingħaqdu u jkunu forza b’saħħitha għat-turiżmu fid-dinja.
//= $special ?>