Lokali

FILMAT: Se jqatta’ l-kotba b’idu u jiġbor il-flus għall-Puttinu Cares

Nhar il-Ħadd 12 ta’ Marzu se jkun qiegħed il-Mellieħa fejn fiha se jkun qed jagħti wirja ta’ kemm għandu saħħa, f’attività b’risq Puttinu Cares.

Ġieli ppruvajt tqatta’ ktieb min-nofs… anzi ktieb oħxon min-nofs? Tony Farrugia għandu din is-saħħa u kapaċità. Filfatt, nhar il-Ħadd 12 ta’ Marzu se jkun qiegħed il-Mellieħa fejn fiha se jkun qed jagħti wirja ta’ kemm għandu saħħa, f’attività b’risq Puttinu Cares.

Tony se jkun hemm bħala parti mill-attività All German Car Show in aid of Puttinu’ li se tittella’ fil-pjazza tal-Mellieħa bejn is-9AM u s-1PM. F’din l-attività se jieħdu sehem diversi karozzi. Kull min hu interessat li jipparteċipa bil-karozza tiegħu/tagħha jista’ jibgħat messaġġ fuq motorsmt.eu. Kull min jipparteċipa hu mitlob li jagħti donazzjoni ta’ €10. Din l-attività se tkun qed tittela’ mis-Soċjeta Filarmonika La Vittoria u motorsmt.eu.