Lokali

Fis-7 ta’ Frar ix-xemx ħarġet għal 1.6 siegħa biss

Mill-band l-oħra, l-aktar jum imdawwal kien il-21 ta’ Frar, fejn ix-xemx ħarġet għal xejn inqas minn 10.7 sigħat.

Skont informazzjoni maħruġa mill-Uffiċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fi Frar li għadda niżlet aktar xita minn kemm mistenni. Filfatt, x-xita li niżlet tammonta għal 62.7mm, jiġifieri aktar minn 5.8mm minn kemm tinżel ix-xita f’dawn iż-żminijiet. Dan minkejja li Frar kellu temp iktar sħun u aktar xemx.

Apparti minn hekk, fis-7 ta’ Frar li għadda, ix-xemx ħarġet għal 1.6 siegħa biss. Madanakollu x-xemx ħarġet sew fil-jiem taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival meta f’dawk il-jiem niżlet biss 8.4mm ta’ xita. Mill-band l-oħra, l-aktar jum imdawwal kien il-21 ta’ Frar, fejn ix-xemx ħarġet għal xejn inqas minn 10.7 sigħat.