Il-manager ta’ Manchester City Pep Guardiola rebaħ il-manager tax-xahar għal Frar tal-Premier League. Guardiola mexxa lil Manchester City għal tliet rebħiet konsekuttivi x-xahar li għadda, kontra West Ham 4-0 barra minn darhom, 2-1 fl-Etihad Stadium kontra Swansea u 2-0 barra minn darhom kontra Bournemouth.
Fix-xahar ta’ Frar, Manchester City lagħbu biss tliet logħiet fil-kampjonat minħabba l-logħob li kellhom fl-FA Cup u ċ-Champions League. Guardiola għeleb l-isfida tal-manager ta’ Chelsea Antonio Conte, il-manager ta’ Manchester United Josè Mourinho u l-manager ta’ West Brom Tony Pulis, li kollha kienu finalisti.
Chelsea, Manchester United u West Bromwich Albion kollha rebħu żewġ logħbiet u spiċċaw waħda draw minn tliet logħbiet. Manchester City bħalissa jinsabu punti ndaqs ma’ Tottenham fit-tieni post b’56 punt, iżda b’differenza ta’ gowls inferjuri, filwaqt li jinsabu għaxar punti taħt Chelsea bi 11-il logħba għal tmiem il-kampjonat.
//= $special ?>