Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan wieġeb għall-mandatt ta’ projbizzjoni ppreżentat minn Ryan’s Pub, Tigulio u Saddles Bar fil-konfront tad-deċiżjoni tal-istess kunsill li jagħti drittijiet esklussivi għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum San Patrizju lil Massive Promotions f’San Ġiljan fis-17 ta’ Marzu 2017.
Il-mandatt jitratta l-għoti ta’ drittijiet esklussivi lil din il-kumpanija biex tarma stands fit-toroq fejn jisserva x-xorb. Mill-istands tista’ tindaqq ukoll mużika fuq barra.
Fit-tweġiba mill-Kunsill Lokali intqal li l-proposta tal-kumpanija kienet fuq l-istess linja ta’ proposti oħra li saru għal din l-attività. Il-Kunsill qal li s-sidien ta’ Ryan’s Pub, Tigulio u Saddles Bar naqsu milli jgħidu li huma diġà ngħataw permess li jarmaw stands barra mill-istbabilimenti tagħhom. Dawn l-istands jistgħu jservu xorb iżda ma jistgħux idoqqu mużika.
Il-Kunsill Lokali ċaħad li kien talab ħlas ta’ €2,000 mingħand l-operaturi tal-kumpanija u spjegaw li dawn kienu miġbura bl-iskop li jservu għat-tindif u spejjeż ta’ ħsarat. Din hi evidenza, sostna l-Kunsill, li s-sidien tat-tliet postijiet riedu drittijiet esklussivi għalihom.
//= $special ?>