Lokali

Il-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz jixtieq pjan serju għaż-żona tat-Tieqa tad-Dwejra

It-Tieqa tad-Dwejra kienet tifforma parti minn kumpless akbar ta’ diversi karatteristiċi ġeoloġiċi, kemm fuq l-art u kif ukoll fil-baħar.

 

Wara li nhar l-Erbgħa li għadda l-aħbarijiet Maltin kienu ddominati mill-aħbar tal-waqgħa tat-Tieqa tad-Dwejra, il-Kunsill Lokali ta’ San Lawrenz qed jitlob lill-Gvern sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet neċessarji sabiex ikun hemm pjan serju għaż-żona tad-Dwejra. Fi stqarrija maħruġa mill-Kunsill stess, intqal li l-Gvern għandu jagħti l-għodda neċessarja lill-Kunsill Lokali u lill-awtoritajiet sabiex ikunu jistgħu jaħdmu.

Apparti minn hekk, il-Kunsill fakkar ukoll fil-potenzjal kbir li għandu d-Dwejra u li t-tieqa kienet tifforma parti minn kumpless akbar ta’ diversi karatteristiċi ġeoloġiċi, kemm fuq l-art u kif ukoll fil-baħar.

Il-Kunsill Lokali wiegħed li flimkien mal-awtoritajiet konċernati se jkompli jaħdem sabiex id-Dwejra tingħatalu l-attenzjoni kollha li tixraqlu.