Lokali

Il-Pulizija toħroġ tifla li ssakkret fil-karozza t’ommha f’Ħ’Attard

Karozza tal-Pulizija - mill-arkivji
Jidher li t-tifla kienet qed tilgħab biċ-ċavetta tal-karozza stess u rnexxielha ssakkar lilha nnifisha sakemm ommha kienet qed tirrenġa xi affarijiet oħra.

Tifla li ssakkret fil-karozza fil-karozza ta’ ommha ġiet salvata mill-Pulizija tal-RIU f’Ħ’Attard.

Jidher li t-tifla kienet qed tilgħab biċ-ċavetta tal-karozza stess u rnexxielha ssakkar lilha nnifisha sakemm ommha kienet qed tirrenġa xi affarijiet oħra. Il-Pulizija rnexxielhom ikissru l-ħġieġa tal-karozza u t-tifla nħarġet qawwija u sħiħa.

Ma’ Netnews.com.mt il-pulizija qalet li hekk kif ġew infurmati bil-każ, il-pulizija li kienu fuq il-post ċemplu lil membri tal-RIU sabiex ikunu jistgħu jieħdu kontroll tas-sitwazzjoni.