Kurżitajiet Lokali

Il-waqgħa tat-Tieqa tad-Dwejra tispiċċa fil-kwiżż tal-ġimgħa tal-BBC

Mistoqsija fuq il-kwiżż tal-BBC
Il-mistoqsija tistaqsi lil dawk li jkunu qed jagħmlu l-kwiżż sabiex jagħżlu f'liema pajjiż, minn Malta, il-Kroazja jew Ċipru, seħħet il-waqgħa ta' dan is-sit naturali.

L-aħbar tal-waqgħa tat-Tieqa tad-Dwejra ma spikkatx biss fuq is-siti tal-aħbarijiet Maltin iżda wkoll fuq siti tal-aħbarijiet barranin. Filfatt, ta’ kull ġimgħa s-sit internazzjonali tal-BBC jagħmel kwiżż dwar affarijiet differenti u din il-ġimgħa, is-7 mistoqsija kienet dwar it-Tieqa tad-Dwejra f’Għawdex. Il-mistoqsija tistaqsi lil dawk li jkunu qed jagħmlu l-kwiżż sabiex jagħżlu f’liema pajjiż , minn Malta, l-Kroazja jew Ċipru seħħet il-waqgħa ta’ dan is-sit naturali.

La darba tagħżel lil Malta bħala t-tweġiba t-tajba, is-sit itik ftit informazzjoni dwar it-Tieqa tad-Dwejra u jżid li kienet waħda mix-xeni fil-film Game of Thrones.

Madanakollu wieħed ma jistax ma jinnotax żball li għandu l-BBC fil-mistoqsija hekk kif hu jgħid li l-waqgħa seħħet nhar it-Tlieta li għadda meta fil-verità seħħiet nhar l-Erbgħa.