Knisja Lokali

Illejla jiltaqgħu l-Musulmani u l-Kattoliċi

Għalkemm l-ikbar reliġjon f’Malta hija r-reliġjon Kattolika, f’pajjiżna hawn ukoll numru sostanzjali ta’ Musulmani.

Għal dawn l-aħħar snin, f’Ħal Balzan saret drawwa li l-Musulmani u l-Kattoliċi jiltaqgħu taħt l-istess saqaf fejn mhux biss isiru jafu lil xulxin, imma saħansitra jitolbu flimkien.

F’Ħal Balzan, din l-attività organizzata mill-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata, ilha ssir ħames snin. Illejla, l-attività se ssir għas-sitt darba.

L-iskop tal-laqgħa huwa li titkattar l-għaqda bejn persuni li jħaddnu dawn iż-żewġ reliġjonijiet differenti.

Fost dawk li se jattendu se jkun hemm l-Imam Mohamed El Sadi u l-Vigarju Ġenerali Mons. Fr. Joe Galea Curmi.

L-Imam Mohamed El Sadi (xellug) u l-Vigarju Ġenerali Fr. Joe Galea Curmi (lemin)