Sport Sport Ieħor

Issir il-Gladiators Fight Night XVI

Keith “Speed” Azzopardi (it-tieni mix-xellug) rebaħ fl-ewwel ġlieda tiegħu bħala professjonali (Ritratt: Martin Agius

Is-Sibt li għadda fil-Limestone Heritage fis-Siġġiewi saret il-Gladiators Fight Night 16 b’total ta’ 11-il ġlieda. F’din is-serata, kien hemm taqbidiet lokali kif ukoll internazzjonali fejn il-Maltin iġġieldu kontra ġellieda Żvediżi  u Taljani, bil-ġlidiet ikunu tal-kickboxing u K1.

L-aktar ġlieda mistennija kienet dik bejn Keith Azzopardi u Ashley Beam b’Azzopardi jirbaħ fl-ewwel ġlieda tiegħu bħala ġellied professjonali.

Riżultati tal-Gladiators Fight Night XVI

Ġlieda Numru 4                Jessica Rojas għelbet lil Vanessa Mizzi

Glieda Numru 5                Niclas Elfstedt għeleb lil Richard Haggtrom

Ġlieda Numru 6                Christian Caruana għeleb lil Giuliano Vernuccio

Ġlieda Numru 7                Clayton Desira għeleb lil Mattias Johansson

Ġlieda Numru 8                Theon Camilleri għeleb lil Yousef Bouagar

Ġlieda Numru 9                Jesred Piscopo għeleb lil Gaetano La Corte

Ġlieda Numru 10              Shaun Falzon għeleb lil Daniel Chamorro

Ġlieda Numru 11              Keith Azzopardi għeleb lil Ashley Sean Byrne