Mużika

Kunċert b’risq il-Fondazzjoni St Jeanne Antide

Il-poster tal-attivita'
‘A Tribute to Music Legends’ se jsir fil-25 ta' Marzu li ġej

Għal sena oħra il-Fondazzjoni St Jeanne Antide se torganizza kunċert bl-isem ‘A Tribute
to Music Legends’. Dan il-kunċert ser jittella’ bil-parteċipazzjoni ta’ bosta artisti lokali li se
jkunu akkumpanjati minn Spiteri Lucas Band.

Dan huwa spettaklu għall-familja kollha mżewwaq b’kant, mużika u diversi effetti oħrajn li
żgur se joffri attrazzjoni differenti lil kull min ħa jattendi għalih. Matul is-serata se jiġu
interpretati bosta suċċessi mużikali ta’ artisti leġġendarji bħal ABBA, The Beatles, Elvis,
Madonna, Tom Jones, Adele, Robbie Williams u oħrajn.

Il-Fondazzjoni St Jeanne Antide hija fondazzjoni mhux governativa reġistrata li ġiet imwaqqfa mis-Sorijiet tal-Karita’ fil-bidu tal- 2008. Hija il-fergħa tas-servizz tas-social care tas-Sorijiet tal-Karita’ fejn flimkien ma’ nies lajċi noffru servizz professjonali lil familji vulnerabbli u fil-bżonn, li jkunu qegħdin f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali.

Dan il-kunċert ser issir nhar is-Sibt 25 ta’ Marzu fis-7.30pm fl-awditorjum Suor Nemesia f’Ħal Tarxien Immaculate Conception School. Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn fuq www.showshappening.com jew minn Centru Antida, Ħal Tarxien. Għal aktar informazzjoni tistgħu iċċemplu fuq ticket hotline 7705 3837. Biljetti għal donazzjoni ta’ €15. Servizz ta’ Park and Ride offrut b’xejn.