Dalgħodu bdiet tinxtered l-aħbar totalment falza li l-kontestanta Maltija għal Miss Universe, Martha Fenech, kienet arrestata f’Londra wara sejba tad-droga.
Martha dalgħodu sabet numru kbir ta’ messaġġi b’links ta’ dan l-artiklu falz li kien qed jiġi mxerred fuq facebook.
Immedjatament permezz ta’ facebook, Martha Fenech rrimarkat li dan l-artiklu huwa falz u li hi tinsab Malta, waqt li awgurat tmiem il-ġimgħa t-tajjeb lin-nies.
