Is-soprana ċelebri Miriam Gauci se tirritorna lura fix-xena operistika f’Madama Butterfly li se tittella’ f’Gaulitana: A Festival of Music.
Miriam (Cio-Cio-San) se tkun akkumpanjata mit-tenur Vincenzo Costanzo (Pinkerton) li tnizzel fost l-aqwa 10 tenuri tad-dinja minn rivista OperaLife.
Apparti minn hekk, se jkunu qed jieħdu sehem ukoll il-baritnu famuz Taljan Alberto Mastromarino (Sharpless), il-mezzo-sopran rinomata Rossana Rinaldi (Suzuki) u Roberto Covatta (Goro).
Il-kast se jkun jinkludi wkoll numru ta’ kantanti Maltin fil-partijiet sekondarji. Louis Andrew Cassar ser jinterpreta Zio Bonzo, Joseph Lia se jkun il-Commissario Imperiale waqt li Yamadori se jkun kantat min David Debono. Patricia Buttigieg se tieħu sehem bħala Kate Pinkerton.
F’din il-produzzjoni operistika, b’regia ta’ Enrico Castioglione, se tieħu sehem ukoll il-Malta Philharmonic Orchestra taht id-direzzjoni ta’ Colin Attard.
Għall-biljetti, wieħed jista’ jidħol fuq www.teatruaurora.com jew permezz tat-telefon fuq 79045779. Ghall-ikla ta’ wara l-opra, tista’ ċċempel fuq 21563231/21560952.
//= $special ?>