Lokali Saħħa

Nofs San Vinċenz de Paul bla misħun

"Jiġru bil-kitla biex jaħslu l-anzjani"

Dalgħodu fir-Residenza San Vinċenz de Paul diversi anzjani kienu iffaċjati b’sitwazzjoni ta’ inkonvenjent kbir wara li nofs San Vinċenz spiċċa bla misħun. Dan wassal biex l-istaff kellhom jużaw il-ktieli ħalli jaħslu lir-residenti.

Din mhix l-ewwel darba li seħħ każ simili fl-aħħar xhur, inkluż meta ftit tal-ġimgħat ilu f’Jannar konna qed nesperjenzaw kesħa aktar min-normal.

Mhux magħruf eżatt meta se tiġi solvuta din is-sitwazzjoni.