Lokali

“Qed jiġu għat-tieqa u ma jsibu xejn… minflok qed jixtru souvenir” – Bejjiegħ li jarma d-Dwejra

It-Tieqa tad-Dwejra tkompli tattira aktar nies

Ma’ Netnews.com.mt, l-anzjan li jbiegħ diversi souvenirs fid-Dwejra qal li minn nhar l-Erbgħa ‘l hawn żdied il-bejgħ tas-souvenirs hekk kif it-turisti qed jinżlu d-Dwejra biex jaraw ix-xena l-ġdida.

Qalilna li b’mod speċjali t-turisti qed jinżlu għat-tieqa tad-Dwejra u ma jsibu xejn. Qalilna li hu qed jispjegalhom fejn kienet it-tieqa u qed jurihom ritratti ta’ kif kienet. Żied li naturalment il-bejgħ tas-souvenirs mhux jonqos lanqas, anzi qed jiżdied.