Żewġ persuni nqatlumaqtula, b’persuna oħra tispiċċa kritikament midruba, wara sparatura ġo kafeterija fil-belt ta’ Basel. Il-pulizija għadhom qed ifittxu lin-nies responsabbli għal dan ‘l-inċident lokali’.
L-awtoritajiet qalu li żewġ irġiel armati kienu daħlu fil-kafeterija u fetħu n-nar fuq in-nies li nzertaw quddiemhom. L-inċident seħħ fil-lejl tal-Ħamis u l-investigazzjonijiet kienu għadhom għaddejjin sal-bieraħ.
Sadanittant, l-awtoritajiet Żvizzeri qalu li l-isparatura ma kellha x’taqsam xejn ‘mal-militanti Iżlamiċi inkella t-terroriżmu’.