Kurżitajiet Saħħa Xjenza u Teknoloġija

Taf għala qed jagħmlu l-boċċa s-sewda bħala r-ritratt tal-profil ta’ Facebook?

Qed tinnota li wħud mir-ritratti tal-profili ta’ Facebook qed jinbidlu għall-boċċa s-sewda tal-biliard? Taf għaliex?

Jekk tara r-ritratt tal-boċċa s-sewda bin-numru 8 tal-biliard  fuq profili ta’ Facebook ifisser li l-persuna li tellgħet ir-ritratt tixtieq tqajjem kuxjenza dwar il-kanċer fil-prostata.

Filfatt, apparti r-ritratt, jista’ jkun tirċievi messaġġ ta’ inkoraġġiment biex tbiddel ir-ritratt tiegħek u tagħmel dak tal-boċċa s-sewda sabiex int ukoll tqajjem kuxjenza. Madanakollu dan il-messaġġ iktar qed jixxerred fost l-irġiel milli n-nisa.

Għalkemm jidher li din mhux kampanja ta’ għarfien uffiċjali, peress li bdiet minn grupp ta’ rġiel, xorta waħda rnexxiela tikber u tagħmel impatt.

Huma mifhum li f’Malta, il-kanċer tal-prostata qed iħalli tmienja mejta minn kull 100.

B’hekk, jekk inti raġel u tixtieq li tqajjem iktar kuxjenza dwar il-kanċer tal-prostata, għin billi tbiddel ir-ritratt tal-profil ta’ Facebook.