Futbol Sport

Tibda battalja fuq l-internet bejn Chelsea u Manchester United

Mis-sit uffiċjali ta' Chelsea
Kumment ċiniku fuq is-sit uffiċjali ta' Chelsea FC

Hekk kif nhar it-Tnejn f’Londra jintlagħab il-konfront Chelsea kontra Manchester United mill-Kwarti Finali tal-FA Cup, jidher li qed tkompli tisħon il-qiegħa bejn iż-żewġ klabbs. Dan wara li Chelsea fis-sit tagħhom bdew “jinku” lil Manchester United għall-fatt li ilhom xhur fis-sitt post tal-Premier.

Fuq l-internet (ara r-ritratt), Chelsea kitbu hekk: “l-avversarji tagħna Manchester United ilhom mhux megħluba minn Ottubru. U dan wassal biex mis-sitt post fil-klassifika, telgħu fis-sitt post.” Emmen jew le, dan il-vers ġie pubblikat fuq is-sit uffiċjali tal-klabb ta’ Londra.

Dan wassal għal reazzjoni qawwija mill-partitarji tar-Red Devils illi ma ħallewiex lixxa lis-sostenituri ta’ Chelsea.

Dan l-istaġun, Manchester United diġa’ rebħu ċ-Charity Shield u l-EFL Cup taħt il-gwida ta’ Jose’ Mourinho.