Lokali

Tinstab mara mejta fil-baħar fl-inħawi taż-Żonqor

Iż-żona taż-Żonqor fejn instab mejta ir-raġel

Net News jinsab infurmat li kmieni dalgħodu instabet mara mejta fil-baħar fl-inħawi taż-Żonqor f’Marsaskala.

S’issa mhux magħruf jekk il-persuna li nstabet hix mara jew raġel u lanqas jekk hix il-mara li l-bieraħ filgħaxija saret tfittxija intensiva għaliha fil-baħar f’Tas-Sliema fl-inaħwi ta’ Għar id-Dud.

L-ewwel rapporti tan-nuqqas tar-mara fil-baħar waslu l-bieraħ għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija.

Fuq il-post marret il-lanċa u l-ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta, madanakollu ma nstabitx. It-tfittxija kienet waħda diffiċli minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp u d-dlam.

Net News jinsab infurmat ukoll li sa tard ilbieraħ saru tfitxijiet bil-ħelikopter fiż-Żona tax-Xgħajra ta’ Ħaż-Żabbar.

Aktar informazzjoni hekk kif tidħol se tkun qed tiġi aġġornata fuq is-sit netnews.com.mt

Tags