Lokali

Tinżel f’Malta l-ewwel titjira ta’ Wizz Air minn Katowice, il-Polonja

Ċelebrazzjonijiet tal-ewwel titjira minn Katowice
Fil-ġimgħat li ġejjin il-Wizz Air mistennija tibda topera titjiriet ġodda oħra forsthom dawk għal Cluj-Napoca fir-Rumanija, Skopje fil-Maċedonja u Belgrad fis-Serbja.

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta llum laqa’ l-ewwel titjira tal-Wizz Air minn Katowice fil-Polonja. Iktar kmieni wara nofsinhar ġiet iċċelebrata l-ewwel inżul ta’ din it-titjira li se tibda ssir kull nhar ta’ Tnejn u nhar ta’ Ġimgħa sa Ottubru li ġej.

Il-passiġġiera tal-ewwel titjira kienu milqugħin minn żeffiena libsin ilbies tradizzjonali Malti u kif ukoll b’kejk imżejjen għall-okkażjoni.

Katowice hija belt siegħa sewqan ‘l bogħod mill-belt ta’ Krakovja. B’hekk din it-titjira se tkun qed tagħmilha iktar faċli li persuna tivjaġġa għall-bliet qrib bħal Gdansk, Krakovja, Varsvja, Poznan u iktar.

Fil-ġimgħat li ġejjin il-Wizz Air mistennija tibda topera titjiriet ġodda oħra forsthom dawk għal Cluj-Napoca fir-Rumanija, Skopje fil-Maċedonja u Belgrad fis-Serbja.