Matul dan il-lejl mietet omm id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus, Antoinette.
Antoinette Callus kienet miżżewġa lil Leonard Callus, li huwa wkoll kontributur f’Radio 101 bil-qari tal-aħbarijiet. Il-koppja Callus għandhom żewġt itfal.
L-aħħar tislima lil Antoinette Callus se tingħata s-Sibt fit-3pm fil-Knisja Arcipretali ta’ San Nikola, is-Siggiewi.
Il-familja tixtieq li minflok fjuri jingħataw donazzjonijiet lid-Dar Tal-Providenza Siggiewi.
//= $special ?>

