Lokali

Tnediet togħma tal-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018

Il-parteċipazzjoni tan-nies differenti minn kull aspett tal-ħajja hija essenzjali ħafna.

Dalgħodu, ġiet mnedija togħma tal-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018. Fil-pubblikazzjoni hemm  ġabra ta’ proġetti u avvenimenti artistiċi u kulturali li hemm ippjanati għas-sena d-dieħla.

Is-sena tal-Belt bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura se tibda fl-20 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. Filfatt il-programm żvela li dakinhar se ssir ċelebrazzjoni tal-ftuħ u għal dan qed jitħejjew diversi spettakli dinamiċi fl-ispazji miftuħa tal-Belt Valletta, fosthom il-Funtana tat-Tritoni, il-Pjazza ta’ Kastilja, il-Pjazza ta’ San Ġwann u l-Pjazza ta’ San Ġorġ.

Apparti mis-sensiela ta’ attivitajiet u pjanijiet li qed jitħejjew mill-Fondazzjoni Valletta 2018, hija essenzjali ħafna l-parteċipazzjoni tan-nies differenti minn kull aspett tal-ħajja.

Waħda mill-elementi ewlieni fil-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018 se tkun il-wirja tal-arti viżiva b’siti multipli ta’ Valletta 2018 kkurata mill-kuratur ta’ fama internazzjonali Maren Richter.

Għal aktar informazzjoni fuq Valletta 2018 tista’ tidħol fuq valletta2018.org.