Lokali

Att vandalu fil-konfront tas-CEO ta’ BirdLife Malta

Dalgħodu l-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta Mark Sultana kien qiegħed birdwatching fl-inħawi tal-Jerma f’Marsaskala. Malli rritorna lejn il-karozza tiegħu, sab li l-karozza kienet ġiet vandalizzata. L-erba’ roti (tyres) tal-karozza, li kienet ipparkjata, ġew imċarrta minn individwu jew individwi mhux magħrufa.

Iz-zona fejn seħħ dan hi magħrufa għall-attivitajiet ta’ kaċċa illegali. Sultana għamel rapport mill-ewwel fl-għassa tal-pulizija u dwar dan il-każ għaddejjin l-investigazzjonijiet.

BirdLife Malta kkundannat dan l-att vandalu u tesprimi solidarjetà mas-CEO tagħha Mark Sultana.