Robert Lewandowski skorja doppjetta biex għen lil Bayern Munich jegħlbu lil Eintracht Frankfurt 3-0 u jiftħu vantaġġ ta’ 10 punti fil-quċċata tal-Bundesliga.
Bayern kellhom jiskorjaw kontra x-xejra tal-logħob wara li Eintracht Frankfurt resqu qrib il-gowl darbtejn, qabel mal-attakkant Pollakk skorja fit-38 minuta, wara xogħol tajjeb ta’ Thomas Muller.
Douglas Costa rdoppja l-vantaġġ tliet minuti wara, meta temm b’suċċess kontrattakk veloċi, b’Lewandowski jikkonkludi fix-xibka kross tajjeb ta’ Arjen Robben għaxar minuti fit-tieni taqsima, biex skorja l-20 gowl fil-kampjonat.
Punt pożittiv għal Bayern Munich kien ir-ritorn wara aktar minn tliet xhur nieqes ta’ Jerome Boateng.
Leipzig issa jinsabu għaxar punti wara Bayern, meta f’darhom tilfu 1-0 kontra Wolfsburg, bil-gowl rebbieħ jasal permezz tat-tmien gowl tal-istaġun ta’ Mario Gomez. Għal Wolfsburg din kienet l-ewwel rebħa taħt il-kowċ Andries Jonker, li kien qed imexxi lit-tim fit-tieni logħba tiegħu. Din ir-rebħa poġġiet lil Wolfsburg tliet punti fuq iż-żona tar-relegazzjoni.
Borussia Dortmund ma rnexxielhomx jieħdu vantaġġ miż-żelqa rari ta’ Leipzig meta tilfu 2-1 kontra Hertha Berlin, li marru fil-vantaġġ bis-sitt gowl tal-istaġun ta’ Salomon Kalou fil-11-il minuta.
Dortmund resqu qrib id-draw fil-bidu tat-tieni taqsima permezz ta’ Pierre-Emerick Aubameyang. Iżda l-aqwa skorer tal-Bundesliga skorja fil-55 minuta minn angolu ristrett biex skorja t-22 gowl tal-kampjonat.
Iżda, Marvin Plattenhardt temm it-tamiet ta’ Dortmund bi free-kick mill-isbaħ fil-71 minuta biex ħalla lil Dortmund it-tielet bi 43 punt.
Hoffenheim tilfu l-opportunità li jitilgħu fit-tielet post wara li spiċċaw draw kontra Freiburg biex b’hekk baqgħu r-raba’.
Riżultati
Ilbieraħ
B. Leverkusen v W. Bremen 1-1
Illum
B. Munich v E. Frankfurt 3-0
Darmstadt v Mainz 05 2-1
Freiburg v Hoffenheim 1-1
H. Berlin v B. Dortmund 2-1
Leipzig v Wolfsburg 0-1
Ingolstadt v Cologne 2-2
Għada
Schalke 04 v Augsburg 15.30
Hamburg v B. M’gladbach 17.30
//= $special ?>