Lokali

Dsatax-il libell fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia mill-Grupp DB

Il-Grupp DB għamel dsatax-il libell fil-konfront tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fl-istqarrija l-Grupp DB qal li d-deċiżjoni ma tteħdtix b’għaġla u saħaq li ma xtaqx li jasal għan dan il-pass imma skont ilgrupp Daphne Caruana Galizia ma ħallitilhomx triq oħra.

Id-Db Group qed jgħid li għal ġimgħat safa attakkat u sar gideb fil-konfront tiegħu u n-nies assoċjati miegħu. Huma akkużaw lil Daphne Caruana Galizia li taħseb li għaliha ma japplikawx l-liġijiet li jeżistu f’pajjiżi Demokratiċi Ewropej.

Il-Grupp DB qal li kull danni li se jkunu imħallsa wara d-deċiżjoni tal-Qorti se jmorru għall-Karità.

Il-Group DB laħaq ftehim mal-Gvern dwar l-iżvilupp tal-art li fiha bħalissa hemm l-ITS f’Paceville. Ftehim li fisser li din l-art se tingħadda lil dan il-Grupp għall-€15-il miljun biss. Dan wassal biex aktar kmieni din il-ġimgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil talab lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga dan il-ftehim.