Lokali Saħħa

Filmat: “Twelidt mill-ġdid” – Josette Mangion vittma tal-marda tal-kliewi

Bħal sajjetta fil-bnazzi fl-2009 Josette Mangion ġiet maħkuma mill-marda fil-kliewi, minn hemm filli l-ħajja tagħha kienet b’rutina iżda f’daqqa waħda ħajjitha nqalbet ta’ taħt fuq.

Hija qaltilna li ma kellhiex idea din il-marda x’iġġib magħha. Din il-marda ġġib maghha wkoll tibdil fid-dieta tal-pazjent fejn frott ma tistax tieħu u kif ukoll kuljum kull ma tista’ tieħu biss huwa litru ilma, b’din tkun problema kbira fis-sajf.

Iżda wara 4 snin ta’ martirju Josette qaltilna li issa kien imiss lilha li tieħu l-kilwa ta’ mara oħra, li kienet offriet li l-organi tagħha jingħataw wara l-mewt tagħha. Din l-aħbar permezz tagħha hija qaltilna li twieldet mill-ġdid.

Josette qaltilna li llum il-ligi tad-doner card inbiddlet u appellat biex in-nies japplikaw ghal din l-iskema l-ġdida. Hija appellat biex in-nies jikkonkoru għal World Kidney Day Fun Walk t’għada bħala solidarjeta mal-pazjenti tar-Renal Unit. Din se tibda fl-10 ta’ filgħodu minn Tigne f’ta’ Tas-Sliema u tiġi fi tmiemha fil-Belt Valletta. Il-fondi kollha se jmorru għar-Renal Unit u l-pazjenti li jbatu minn din il-marda.

Josette Mangion għalqet l-intervista magħna b’messaġġ biex in-nies ma jibżgħux jagħtu l-organi tagħhom għax meta jagħmlu dan ikunu qed isalvaw il-ħajjiet.

World Kidney Day Fun Walk