Għexieren ta’ Iraqqin li kienu qed jagħmlu pellegrinaġġ fis-Sirja mietu waqt splużjoni doppja fl-inħawi ta’ Damasku. L-attakk seħħ qrib iċ-ċimiterju ta’ Bab al-Saghir, li jinkorpora l-monumenti venerati mill-Muslmani Xiti u qed jingħad li l-vittmi kienu waslu fl-inħawi bix-xarabank, ftit minuti qabel.
Il-militanti Sunni kemm il-darba jwettqu attakki fuq ix-Xiti iżda aggressjoni ta’ dan it-tip fil-kapitali Sirjana hi pjuttost xi ħaġa rari.
Il-kapitali Sirjana, Damasku, hi fil-parti kbira kontrollata mill-President tas-Sirja, Bashar al-Assad, iżda hemm ukoll preżenza ta’ ribelli u militanti fid-distretti lejn il-limiti tal-belt.
It-terroristi tal-ISIS, fil-preżent, qed jikkontrollaw zoni sinifikanti tas-Sirja. Intant, il-fortizza tal-ISIS f’Mosul, fl-Iraq, bħalissa qed tkun suġġetta għal offensiva qalila mill-qawwiet tal-Gvern Iraqi u l-alleati tiegħu.
Filwaqt li ħadd ma assuma responsabbiltà għad-dmija fl-inħawi taċ-ċimiterju, l-awtoritajiet tal-Iraq qalu li ‘din kienet dovuta għall-intervent ta’ terroristi kriminali’ fis-Sirja.
L-aħħar rapporti rreferew għal talanqas 40 mejtin u xi 120 midruba fl-attakk doppju tallum f’Damasku, fejn splodiet bomba li kienet tħalliet maġenb triq waqt li aggressur suwiċida (dritt wara) spiċċa jtajjar l-isplussivi li kien qed iġorr fuqu.
//= $special ?>