Lokali

Il-Partit Laburista jipprova jdawwar il-kanuni minn fuqu

Simon Busuttil m’hu fil-but ta’ ħadd, Muscat ma jistax jgħid l-istess.

Fi stqarrija, l-Partit Nazzjonalista qal li lbieraħ, il-Kummissjoni Elettorali giddbet lill-Partit Laburista wara li dan inqabad jigdeb wara li ma rreġistrax bħala partit politiku biex ikun jista’ jibqa’ jaħbi l-lista ta’ donazzjonijiet li rċieva u għadu qed jirċievi. Illum, flok talab skuża lit-tesserati tal-Partit Laburista li l-partit tagħhom qas biss hu rreġistrat, qed jiprova jdawwar il-kanuni minn fuqu.

Il-Partit Nazzjonalista jfakkar li kien hu li żvela x’donazzjonijiet irċieva mingħand db Group u x’relazzjoni kummerċjali kienet teżisti mal-kumpanija tal-media tal-Partit Nazzjonalista. Daqshekk m’għandux x’jaħbi l-Partit Nazzjonalista.

Madanakollu, minkejja kull donazzjoni li qatt seta’ rċieva l-Partit Nazzjonalista, u minkejja kull relazzjoni kummerċjali li setgħet irċeviet, l-punt kruċjali hu li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ma jinxtarax. Simon Busuttil għamel xi ħaġa li ebda politiku qatt m’għamel f’pajjiżna: tkellem kontra deal dubjuż li fih hemm involut persuna li kienet tagħti donazzjonijiet lill-Partit Nazzjonalista. Dik hi s-serjetà u t-tmexxija nadifa fil-politika.

Il-Partit Nazzjonalista qal li Simon Busuttil m’hu fil-but ta’ ħadd, Muscat ma jistax jgħid l-istess.