Futbol Sport

L-MFPA tħeġġeġ lill-plejers għal ħajja wara l-futbol

Inizjattiva mill-MFPA

L-assoċjazzjoni Maltija tal-plejers tal-futbol tinkoraġġixxi lill-plejers tal-futbol biex ifittxu opportunitajiet edukattivi matul il-karriera kalċistika tagħhom, biex jiżguraw prospettivi aħjar għal ħajjithom wara l-futbol.

Minħabba dan, l-MFPA qed taħdem mal-FIFPro u l-MCAST biex tipprovdi firxa ta’ opportunitajiet għall-plejers membri tagħha.

Il-FIFPro b’ħidma mal-Università Daniża USN, ilha toffri programm ta’ Sport Management li jwassal għall-Baċellerat sa mill-2011. Riċentament l-FIFPro għadha kif nediet inizjattiva globali ġdida mal-Università ta’ Nicosia (UNIC), li se tagħti l-opportunita lill-plejers tal-futbol professjonali biex jistudjaw, fl-Isport Management li jwassal għal Baċellerat, jew Masters f’degree f’Amministrazzjoni ta’ Negozju (MBA). Iż-żewġ degrees jinsabu online, biex b’hekk jipprovdu l-flessibbiltà meħtieġa għall-iskeda tal-plejer.

L-MFPA qed taħdem ukoll mal-MCAST biex tħeġġeġ lill-plejers jinkitbu f’wieħed mill-ħafna korsijiet offruti. Il-korsijiet ivarjaw minn korsijiet bażiċi fl-Livell 1 sa Masters f’Livell 7, f’oqsma bħal Ġurnaliżmu, Enġinerija, Sport, ICT u Accounts fost l-oħrajn.

Fi stqarrija, l-MFPA qed tħeġġeġ lil kull plejers li jitħajjar ikompli l-edukazzjoni tiegħu  biex jagħmel kuntatt mal-assoċjazzjoni fuq info@maltafpa.com jew iċempel fuq 27135505.

Tags