Lokali

Magħna jew kontra tagħna?

Joseph Muscat - Prim Ministru

Il-Labour, kieku ried u meta ried, setgħa sejjaħ għal laqgħa ġenerali straodinarja biex b’hekk jemenda l-istatut tiegħu stess u jkun konformi mal-liġi. Minflokk iddeċida li jkompli jigdeb lill-poplu, u ilu iktar minn 6 xhur biex jirranġa l-istatut u jkun konformi mal-liġi li għadda hu stess. Il-Gvern li qiegħed jiftaħar tant li daħħal il-liġi tal-finanzjament tal-partiti bin-nuqqasijiet kollha tagħha fosthom il-fatt li ma tkoprix kumpaniji kummerċjali li huma kollha jew parti ta’ partit politiku, għadu ma emendax l-istatut tiegħu biex b’hekk bħal kumplament tal-partiti jirreġistra fil-ħin.

Saħaq dan il-Partit Demokratiku fi stqarrija għall-aħbar li l-Partit Laburista baqa’ ma daħħalx il-lista ta’ donazzjonijiet li rċieva matul is-sena li ġħaddiet.

Il-Partit Demokratiku staqsa lill-Kummissjoni Elettorali jekk hux se jittieħdu passi kontra l-aġir tal-PL talli dan ma rreġistrax lilu nnifsu fiż-żmien stipulat.

Il-Partit Demokratiku reġa tenna li f’ġieħ it-transparenza għandu jkun hemm mekkaniżmu biex transazzjonijiet kummerċjali li siru minn kumpanji li huma kollha jew parti ta’ partit politiku għanhom ikunu pubbliċi u regolati. Il-liġi tal-finanzjament tal-partiti għandha tiġi emendeta biex b’hekk l-ebda partit politiku, membru parlamentari jew kandidat ma jispiċċa fil-but tal-investitur privat.

Il-Partit Demokratiku staqsa wkoll lil Labour jekk dan id-dewmin kollu biex jirranġaw l-istatut hux għax għadhom qegħdin iffittxu l-invoices tad-donazzjonijiet kollha li ngħatu. Donazzjonijiet ma jsirux biss fil-forma ta’ flus imma jistgħu jingħatu f’servizzi, loġistika u elf ħaġa oħra. Min kif qiegħed jaġixxi l-Gvern Laburista, fejn art li tiswa mitejn miljun tgħaddi għand terzi b’sittin miljun, ħafna jinsabu mħasba u jistaqsu; il-Gvern li tellgħajna magħna? Jew kontra tagħna? Temm jgħid il-Partit Demokratiku