Lokali

Merħba sabiħa lil Eddie Fenech Adami f’Ħal Safi

Dalgħodu n-nies ta’ Ħal safi taw merħba sabiħa lil Eddie Fenech Adami fi żjara li għamel fil-lokalità. Jidher li l-President Emeritus kien qed iżur lil Pietru Pawl Busuttil li xi ftit ma jiflaħx u kif in-nies saret taf li kien hemm l-eks kap tal-Partit Nazzjonalista fetħu l-każin  u tawh merħba.

Eddie Fenech Adami kien akkumpanjat minn ibnu l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.