Raġel ta’ madwar 41 sena mil-Latvja residenti Birżebbuġia, instab mejjet mal-art ħdejn sit ta’ konstruzzjoni fuq il-post tax-xogħol tiegħu fl-inħawi tal-Girgenti fis-Siġġiewi. Ir-raġel instab mejjet għall-ħabta tat-8.15am minn xi ħaddiema li kienu fuq il-post.
Mhux eskluż mill-ewwel stħarriġ li r-raġel miet ilbieraħ meta kien xogħol fuq il-post u li l-kawża tal-mewt kienet waħda naturali.
Huwa ġie ċċertikfikat mejjet fuq il-post minn tabib.
Bil-każ ġie infurmat l-Maġistrat tal-Għassa Dr I Farruġia LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuħ fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>