Lokali

‘Wegħda paralizzata’ fis-settur edukattiv

“Qed ninkwieta li llum eżatt lejliet l-elezzjoni  li l-ambizzjoni tagħna li nibnu tliet skejjel mhux se tiġi implimentata”

Email mibgħut f’Ottubru li għadda bejn il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-xogħol Evarist Bartolo u Emanuel Camilleri iChairman tal-Fondazzjoni tal-Iskejjel t’Għada (FTS) jiżvela li l-wegħda tal-Partit Laburista li f’din il-leġislatura se jinbnew tliet skejjel ġodda mhux se tiġi implementata.

The Times of Malta żvelat din l-aħbar fejn qalet li f’din il-korrispondenza bejn Evarist Bartolo u Emanuel Camilleri turi sens ta’ ppreokkupazzjoni minħabba li din il-wegħda mhux tiġi mwettqa u l-elezzjoni ġenerali tinsab ezatt wara l-bieb. The Times qalet li l-punt l-aktar li qed jikkonċernahom hija partikolarment ħabba r-raġuni politika tas-sitwazzjoni u mhux minħabba n-nuqqas ta’ żvillupp fl-iskejjel tal-edukazzjoni. Din il-korrispondenza saret bejn il-hotmail accounts taż-żewġ individwi.

Fl-2015 il-Ministru kien ħabbar li kellhom jinbnew tliet skejjel ġodda f’San Pawl il-Baħar, Marsaskala u fir-Rabat Għawdex u kellhom jiġu inawgurati tul din is-sena, 2017.

Bartolo tenna li qisha l-affari tidher paralizzata u wera li hu nkwetat bis-sitwazzjoni preżenti fejn suppost bħalissa huma jisnabu miżgħuda bix-xogħol bl-iżvillupp ta’ dawn l-iskejjel.

Fl-aħħar ġimgħat ġie żvelat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada f’dawn is-snin żiedu n-numru ta’ ħaddiema iżda madanakollu x-xogħol fuq dawn il-proġetti xorta jidher li huwa wieqaf.

The Times qalet li meta staqsew dwar dan lill-FTS huwa wiegbu li hemm problemi f’affarjiet relatati mat-Tenders u l-proċess qed ikun itwal. Huma ċaħdu din il-korrispondenza bejn il-Ministru u Camilleri.

Il-Fondazzjoni għall-iskejjel t’għada fl-aħħar ġimgħat kienet fiċ-ċentru tal-attenzjoni wara li persuna qrib il-Ministru Bartolo, Edward Caruana kien involut f’sensiela ta’ każi li jqajmu tħassib dwar korruzzjoni.