Internazzjonali Mużika

‘We Are Family’ – Joni Sledge ta’ Sister Sledge tħallina fl-età ta’ 60 sena

Il-kantanta tal-kanzunetta ‘We Are Family’ u membru tal-grupp mużikali Sister Sledge, Joni Sledge, tilfet ħajjitha fl-età ta’ 60 sena.

Sledge, li ħolqot il-grupp mużikali, flimkien ma’ ħutha l-oħra lura fl-1971, instabet mitlufa minn sensiha fir-residenza tagħha ġewwa Phoenix, Arizona. S’issa l-kawża tal-mewt għadha ma ġietx ikkonfermata.

Permezz tal-midja soċjali, kelliema għall-grupp saħqu li din l-aħbar kienet ħasda kbira għal kulħadd, hekk kif żgur li ma kinetx mewta mistennija.

Joni ifformat dan il-grupp mużikali pop flimkien ma ħutha Debbie, Kim, u Kathy u żgur li se tibqa mfakkra għall-interpretazzjoni tagħha tal-kanzunetta ‘We Are Family’, il-kanzunetta disco ta’ fama internazzjonali li poġġiet lill-aħwa fost l-aqwa gruppi mużikali tas-sebgħinjiet.