Il-Prim Ministru Joseph Muscat ilu minn Novembru tas-sena li għaddiet jirrifjuta li jkun intervistat mill-gazzetta The Sunday Times of Malta.
The Times żvelat dan f’nota fil-gazzetta lill-qarrejja tagħha fi tmiem intervista mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Intervista li fiha Simon Busuttil tkellem dwar id-deal mill-Gvern dwar l-art tal-ITS, fejn insista mhux se jkun rikattat għax jitkellem dwar dak li hu sewwa.
Fl-avviż lill-qarrejja, The Times qalet: “The Sunday Times of Malta tixtieq tirreġistra mal-pubbliku li saru numru ta’ talbiet għal intervista mal-Prim Ministru Joseph Muscat, li jmorru lura għal Novembru 2016. Sa issa (Joseph Muscat) għadu m’aċċettax. L-istedina għadha miftuħa”.
The Times qalet: “The Sunday Times of Malta tixtieq tirreġistra mal-pubbliku li saru numru ta’ talbiet għal intervista mal-Prim Ministru Joseph Muscat, li jmorru lura għal Novembru 2016. Sa issa (Joseph Muscat) għadu m’aċċettax. L-istedina għadha miftuħa”
Din mhux l-ewwel darba li l-Prim Ministru Joseph Muscat ħarab mill-media u rrifjuta talbiet għal intervisti. Fost oħrajn, Joseph Muscat irrifjuta diversi drabi li jiffaċċja lil Simon Busuttil f’Xarabank. Tant li ilu jaħrab minn dibattitu f’Xarabank għal kważi tliet snin sħaħ.

Imma Joseph Muscat ma ħarabx biss minn intervisti ma’ Xarabank u The Times. F’Jannar li għadda, The Malta Independent qalet li Joseph Muscat irrifjuta intervista fuq il-programm ‘Indepth’. Dakinhar, Muscat kien qal lid-Direttur ta’ The Malta Independent Pierre Portelli: “I will not beat around the bush: No”.
Joseph Muscat għandu tendenza wkoll li jaħrab mill-ġurnalisti tant li fl-eqqel tal-iskandli tal-Gvern, Muscat kemm-il darba ħarab lill-ġurnalisti billi uża ’emergency exists’.
//= $special ?>