Tilwima diplomatika serja bejn l-Olanda u t-Turkija.
Dan wara li żewġ Ministri Torok kienu eskortat barra mill-pajjiż u kien hemm dimostrazzjonijiet vjolenti mill-kommunita Torka f’Rotterdam.
Dan apparti tgħajjir mill-Presdient Tork Tayyip Erdogan li l-aġir Olandiż kien qiesu dak tan-Nazisti u l-pajjiż kien se jpattiha qares għal dan.
L-isfond ta’ dan kollu huma żewġ votazzjonijiet.
Waħda fl-Olanda u l-oħra fit-Turkija. Fil-każ Tork, Erdogan qed jipprova jirbaħ l-appoġġ tat-Torok fl-Ewropa għal referendum li se jsir f’April beix jiżdiedulu l-poter.
Il-Ministri intbagħatu beix jindirizzaw rallies politiċi fl-Olanda li għalihom l-Olanda ma tatx permess.
Min-naħa fl-Olanda nhar l-Erbgħa se ssir l-elezzjoni ġenerali u fiha partit estremist anti Iżlamiku sejjer tajjeb ħafna.
Dan apparti li l-Gvern Olandiż qal li dan l-aġir Tork kien irrespionsabbli ħafna lejliet elezzjoni ġenerali li taħraq ħafna.
Ritratti: AP/AFP