Dalgħodu fil-Belt Valletta saret celebrazzjoni fl-okkazzjoni tat-tielet anniversarju minn meta l-Parlament approva b’mod unanimu li jirrikonoxxi Jum in-nanniet, liema ċelebrazzjoni ssir fit-tieni Ħadd ta’ Ottubru.
Fl-attivita’ li bdiet minn Pjazza Kastilja u spiċċat ħdejn il-Parlament, l-anzjani mxew kif ukoll kien min rikeb il-mutur.
Il-President tal-Fondazzjoni Nanniet Malta, Philip Chircop, irringrazzja l-Politiċi għall-ħidma b’risq in-nanniet.
Id-deputat tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar, li kien preżenti, tkellem dwar il-bżonn li ċ-ċittadini jirrikonoxxu ħidmet in-nanniet tagħna, mhux biss dawk li għadhom f’saħħithom iżda anke dawk in-nanniet u l-anzjani li jinsabu rikoverati l-isptar, jew residenti fi djar tal-anzjani.
Hu rringrazzja lill-fondazzjoni għal ħidma kontinwa tagħha.
//= $special ?>