Il-ground staff fiż-żewġ ajruporti ta’ Berlin mit-Tnejn se jibdew strajk ta’ 25 siegħa minħabba tilwima industrjali dwar il-paga. Tilwima li diġa waslet biex jitħasru mal-1,000 titjira.
Il-ħaddiema fl-ajruporti ta’ Tegel u Schoenefeld se jieqfu mix-xogħol fl-4 am tat-Tnejn u jtemmu l-azzjoni industrjali it-Tlieta filgħodu fil-5 am skont l-union tagħhom, il-Verdi.
Dawk li se joħorġu fuq strajk jinkludu dawk responsabbli miċ-checking in, il-ġarr tal-baggalji mill-ajruplani kif ukoll id-direzzjoni tal-ajruplani la jinżlu.
Strajk it-Tnejn fl-ajruporti ta’ Berlin
