Internazzjonali

Tama li jissolva l-każ ta’ Madeleine McCann

Hekk kif qed joqrob l-għaxar anniversarju mill-għajbin ta’ Madeleine McCann fil-Portugall, Scotland Yard qalet li hi qrib li ssolvi x’ġara.

Dan fl-istess ħin li l-Ministeru tal-Intern Ingliż approva l-finanzjament tal-investigazzjoni għal sitt xhur oħra għas-somma ta’ 85,000 Lira Sterlina. Il-ġenituri, filwaqt li esprimew l-apprezament tagħhom lill-Gvern Ingliż, huma stqarru li għadhom ma qatgħux qalbhom li binthom tinstab ħajja.

Madeleine McCann kienet għebet f’Mejju tal-2007 minn kumpless turistiku fil-Portugall waqt li l-ġenituri kienu qed jieklu f’restaurant fil-qrib u qatt ma kien magħruf x’ġara eżattament. Illum il-ġurnata jekk it-tifla għadha ħajja għandha 13-il sena.