Internazzjonali

Tħalli l-palazz presidenzjali

Park Geun-hye, li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet tkeċċiet mill-kariga ta’ President, il-Ħadd ħalliet il-palazz presidenzjali.
Hi marret fid-dar tagħha fin-nofsinhar tal-kapitali Seoul.
Hi tneħħiet mill-poter minħabba skandlu fejn ħabiba tagħha kienet ingħatat aċċess għal informazzjoni sensittiva tal-Gvern. Dan biex imbagħad użat din l-informazzjoni biex isirulha pjaċiri.
Fl-ewwel kummenti tagħha minn mindu nhar il-Ġimgħa qorti konfermat it-tkeċċija tagħha, Park qalet li kienet temmen li eventwalment il-verita kienet se toħroġ u talbet skuża lill-partitarji tagħha talli naqsithom bħala President.
Park issa tilfet l-immunita u għalhekk tista’ titressaq il-qorti akkużata b’korruzzjoni u abbuż ta’ poter.