Futbol Sport

B’daqqa ta’ ponn iniżżel tnejn!

L-FA Ingliża qed tinvestiga l-aġir taż-żewġ settijiet ta' supporters

Il-partita valida mill-FA Cup bejn Tottenham u Millwall kienet ikkaraterizzata b’diversi inċidenti wara l-partita f’White Hart Lane.

Dan il-video juri l-mument meta żewġ partitarji ta’ Tottenham sfaw vittma ta’ daqqa ta’ ponn minn sostenitur ta’ Millwall illi moddhom.

L-FA Ingliża qed tinvestiga l-aġir taż-żewġ settijiet ta’ supporters.

Il-Pulizija Metropolitana arrestat żewġ persuni.

Illejla jmiss aktar azzjoni mill-FA Cup, mill-ġdid fil-kapitali Ingliża. Fi Stamford Bridge, Chelsea jilqgħu lil Manchester United u r-ritorn ta’ Jose Mourinho.