Il-Festa ta’ San Patrizju, li ilha tiġi ċċelebrata fil-Floriana mill-bidu tas-seklu 20. Din is-sena se tkun iccelebrata nhar il-Ħadd fiż-żona ta’ Balzunetta. Attivita’ li matulha se jkunu qed jinġabru wkoll donazzjonijiet b’risq ALS Malta.
Matul l-attivita’ se jkunu qed jallegraw lil dawk li jattendu l-band The Crowns, Novel, Klinsmann u Ozzy u l-band. Se jkun hemm anke żona ddedikata għat-tfal hekk kif l-attivita’ hi mmirata għall-familja kollha mhux biss għaż-żgħażagħ.
Din il-festa tal-qaddis prottetur tal-Irlanda għandha rabta speċjali ma dak kollu li huwa aħdar u kien fil-bidu tas-seklu 20 meta bdiet it-tradizzjoni li l-Furjanizi jissejjhu bħala tal-Irish. Dan hekk kif dak iż-żmien suldati Irandliżi kienu stazzjonati fiż-żona ta’ Balzunetta.
Fl-1905 imbgħad kienet intlagħbet logħba football bejn il-Klabb tal-Floriana u t-tim Irandiż. Dak iż-żmien it-tim ta’ Floriana FC kien jilgħab bil-kuluri aħdar u aħmar iżda wara dik il-logħba bdew jilgħabu bil-kuluri tal-irlanda, aħdar u abjad.
Din se tkun il-ħames darab li se tkun iċċelebrata St Patrick’s Day fil-Floriana.
//= $special ?>