Gowl ta’ Kante fit-tieni taqsima kien biżżejjed għal Chelsea, leaders tal-Kampjonat Premier, sabiex jgħelbu lil Manchester United – rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-FA Cup.
Manchester United mill-35 minuita lagħbu bi plejer anqas wara li tkeċċa Ander Herrera bit-tieni ammonizzjoni għal foul fuq Hazard.
Deċiżjoni li ftit ikkalmat l-atteġġjament xejn eżemplari bejn iż-żewġ coaches Antonio Conte u Jose Mourinho li bidlu kummenti bejniethom tant li f’mument kellu jidħol bejniethom ir-raba’ uffiċjal.
Għal Manchester United li f’mumenti kienu taħt pressjoni, protagonista kien De Gea b’għadd ta’ saves.
Il-gowl deċiżiv għal Chelsea wasal fil-51 minuta meta Kante’ għeleb lil DeGea b’xutt minn tarf il-kaxxa
L-aħjar ċans għal Manchester Unuited wasal meta Rashford dar ma’ Cahill iżda ra t-tentattiv tiegħu salvat bl-iskor jibqa’, Chelsea 1 Manchester United 0.
Fis-semi finali issa Chelsea jiltaqgħu kontra Tottenham filwaqt li Arsenal kontra Manchester City.
Iż-żewg semi-finali jintlgħabu f’Wembley Stadium fit-22 u 23 ta’ April.