Lokali

Id-Dwejra: It-Triq ‘il Quddiem

Minn fuq il-post: Id-Dwejra mingħajr tieqa

Fid-dawl ta’ dak li ġara riċentament fejn inbidlet il-lanscape tal-lokalità ta’ San Lawrenz u ta’ Għawdex permezz tal-għibien minn wiċċ il-baħar tat-Tieqa tad-Dwejra, il-Kunsill Lokali San Lawrenz fi stqarrija xtaq irodd ħajr lil dawk kollha li qassmu d-dispjaċir għal dak li ġara.

Fakkar ukoll fil-potenzjal kbir li din il-parti kif magħrufa aħjar bħala z-zona tad-Dwejra, tħaddan.

Iffakkar li l-kobor ta’ din it-tieqa kien mhux biss fiha nfisha imma għaliex din kienet tifforma parti minn kumpless akbar ta’ diversi l-karatteristiċi ġeoloġiċi, kemm fuq l-art kif ukoll taħt il-baħar, ambjent rikk bi speċi differenti ta’ annimali, għasafar u fauna li huma uniċi f’pajjiżna.

Il-Kunsill Lokali jisħaq li dan il-proċess naturali li seħħ, ikompli jpoġġi quddiem is-soċjetà l-importanza li lkoll flimkien naħdmu sabiex inħarsu l-patrimonju naturali li mhux biss iżejjen lil pajiżna imma joffri potenzjali ta’ turiżmu lejn pajjiżna.

Iħeġġeġ ukoll sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu malajr kemm jista’ jkun biex ikun hemm pjan serju għaz-zona u li l-Gvern jagħti l-għodda neċessarji lill-Kunsill Lokali u l-awtoritajiet biex ikunu jistgħu jaħdmu.

Fl-aħħar il-Kunsill wiegħed li flimkien mal-awtoritajiet konċernati jkompli jaħdem sabiex dan il-post ikompli jingħatalu l-attenzjoni kollha li tixraqlu.