Lokali Qorti

Ikompli l-każ dwar il-mewt ta’ għaddas fit-Tarzna Palumbo

L-inċident kien seħħ fit-28 ta’ Frar tal-2015 meta Patrick Joseph Vella kien qiegħed jagħmel xi xogħol taħt l-ilma f’wieħed mid-drydocks meta għal xi raġuni hu nġibed f’gate valve li nfetaħ bi żball bil-konsegwenza li nqabad taħt l-ilma u miet. Hu kellu 36 sena.

Fil-Qorti illum kompla jinstema’ l-każ kontra d-Diretturi tat-Tarzna Palumbo li jinsabu akkużati bil-qtil involontarju ta’ għaddas sentejn ilu.

L-inċident kien seħħ fit-28 ta’ Frar tal-2015 meta Patrick Joseph Vella kien qiegħed jagħmel xi xogħol taħt l-ilma f’wieħed mid-drydocks meta għal xi raġuni hu nġibed f’gate valve li nfetaħ bi żball bil-konsegwenza li nqabad taħt l-ilma u miet. Hu kellu 36 sena.

Quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli, xehdu numru ta’ uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati ta’ Malta li spjegaw iċ-ċirkostanzi tal-każ wara li kienu ssejħu fuq il-post.

Ix-xhieda spjegaw li kien hemm periklu serju għall-għaddasa l-oħra li kienu qed jipprovaw itellgħu il-kadavru. Huma qalu li nstabet ukoll rutella ftit ‘il bogħod mill-gate valve fejn instab il-vittma.

Antonio Palumbo, Giuseppe Palumbo, Raffaele Palumbo, Giorgio Filippi, Joseph Calleja u Mark Grech wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. L-Avukati Giannello de Marco u Marc Cauchi qed jidhru għall-akkużati filwaqt li l-Avukat Carlos Bugeja qed jidher parte civile għall-familja tal-vittma.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josric Mifsud