Lokali

RITRATT: Dan hu UFO fuq Malta?

Ir-ritratti li tpoġġew fuq is-sit tal-ġurnal Daily Express
Ir-ritratt hu meħud minn filmat li inġibed f'Marsaskala f'Ottubru

Skont is-sit elettroniku UFO Sightings Daily, dan li qed taraw huwa ritratt ta’ oġġett simili għal UFO li deher itir fuq Malta f’Otturbu li għadda.

L-oġġett mhux identifikat huwa ta’ lewn kannella, u jidher qed itir fuq il-baħar lejn in-naħa f’isfel ta’ Malta. Għalkemm dan ir-ritratt huwa meħud minn filmat li inġibed f’Ottubru li għadda, kien biss issa li ġiet ppubblikata din l-istorja.

Nies li tkellmu mas-sit elettroniku li ppubblika dan ir-ritratt qalu li innutaw l-oġġett itir fuq Malta għal madwar 15-il minuta.

Din l-istorja ġiet rappurtata fi tmiem il-ġimgħa mill-ġurnal Ingliż Daily Express.