Is-sewwieq ta’ vettura li tajjar ċiklist ta’ 24 sena minn Bormla u kkawżalu ġrieħi serji f’inċident li seħħ il-Ħadd f’Ħaż-Żabbar se jitressaq il-Qorti akkużat fost l-oħrajn li naqas milli jagħti l-ewwel għajnuna lill-vittma.
Il-każ seħħ il-Ħadd għall-ħabta tad-9:20pm fi Triq Wied il-Għajn, Haż-Żabbar.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fil-post iżda s-sewwieq tal-vettura ma kienx għadu fil-post. Kienu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija li wasslu biex ġie identifikat raġel ta’ 42 sena residenti Ħaż-Żabbar li kien qed isuq vettura tat-tip Opel Astra li allegatament tajjar liċ-ċiklist.
Iktar tard is-sewwieq ta ruħu b’idejh lill-Pulizija li analizzaw ukoll id-daqqiet li jidhru fuq il-vettura tal-istess xufier.
Sadattant il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
//= $special ?>