Lokali

Fi btala ta’ ftit jiem f’Dubaj il-Prim Ministru nefaq aktar minn €11,000

L-irċevuta li ppubblikat Daphne Caruana Galizia

Il-kont biex il-Prim Ministru Joseph Muscat, is-Sinjura Michelle Muscat u ż-żewġ uliedhom żgħar joqogħdu sitt iljieli fil-lukanda lussuża Hotel Atlantis the Palm f’Dubaj fl-Għid li għadda, ammonta għal aktar minn €11,000. Dan il-kont hu għall-lukanda biss u ma jinkludix in-nefqa tat-titjiriet bl-ajru għall-erba’ persuni, it-taxxi u spejjeż oħra.

Dan kien żvelat mill-ġurnalista Daphne Caruna Galizia fil-blogg tagħha. Hi ppubblikat ukoll kopja tal-irċevuta tal-credit card tal-Visa li rnexxielha takkwista.

Il-Lukanda Atlantis f’Dubaj

Fl-24 ta’ Marzu tas-sena li għaddiet kienet rapurtat li l-familja Muscat kienet qed toqgħod f’din il-lukanda. Huma għamlu ċ-checkout fid-29 ta’ Marzu kif turi l-irċevuta li ppubblikat u l-għada Michelle Muscat kienet għal konferneza tal-aħbarijiet f’Malta li matulha iddefendiet lill-ħabiba tagħha li tħetilha l-ħwejjeġ dwar l-użu tal-priġunieri biex iħejtu l-purtieri.

Michelle Muscat tindirizza konferenza tal-aħbarijiet fit-30 ta’ Marzu hekk kif irritornat minn Dubaj bil-henna tattoo

L-irċevuta li kienet pubblikata tappartjeni għall-card tal-Visa li uża l-Prim Ministru li d-dħul uniku tiegħu – kif iddikjara fil-Parlament – hu salarju ta’  €68,000 qabel it-taxxa. Michelle Muscat suppost m’għandhiex dħul. Dan ifisser li l-Prim Ministru u s-Sinjura Muscat nefqu madwar 20% tad-dħul tal-familja f’sitt ijiem f’Dubaj.

Id-dikjarazzjoni tal-assi tal-Prim Ministru

Meta ħarġet l-aħbar li l-Prim Ministru u martu kienu marru btala fl-Għid f’waħda mill-iktar lukandi għoljin f’Dubaj, l-Oppożizzjoni sfidat lill-Prim Ministru kemm fil-Parlament u anke barra biex jipproduċi l-irċevuta tal-kont tal-lukanda. Kien maħsub li xi ħaddieħor kien ħallas għal dan għax ma kienx possibbli li wieħed iħallas kont bħal dan meta martu ma taħdimx.

Il-Prim Ministru ma laqax din it-talba u għalhekk ta’ x’jifhem li kien xi ħaddieħor li ħallas għal din il-vaganza. Hu ta’ x’jifhem li kien imbarazzat biex jiżvela kemm kien nefaq mhux biss għax kien ikun offensiv għall-pensjonanti u dawk bi dħul baxx jew medju, imma wkoll li nefqa bħal din ma kinitx skont is-salarju tiegħu.

L-aħbar fuq il-blog ta’ Daphne Caruana Galizia